B’rabta mal-aħbar żvelata bi prominenza mis-sit awtorevoli Politico, li tferrxet ukoll fost il-midja lokali u internazzjonali, kien hemm baraxx sħiħ ta’ kritika fil-konfront tad-double standards tal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, inkluż minn diversi esperti, li nnotaw, b’mod speċifiku, l-ipokrezija tagħha.
Fost dawk, li nnotaw dan, kien hemm il-Professur tal-Liġi Ewropea Alberto Alemanno, li hu l-fundatur tal-organizzazzjoni The Good Lobby. Waqt li nnota n-nuqqas t’etika minn min suppost jaf wisq aħjar, hu qal li l-eċċezzjoni, li għamlet għaliha nnifisiha fir-regoli Metsola, “tfisser biss aċċess bla limiti għall-poter, l-aktar valuta prezzjuża fi Brussell”.
Din mhijiex l-ewwel darba li l-Professur innota n-nuqqasijiet grassi fit-tmexxija ta’ Metsola, hekk kif fil-passat kien qal li l-proposti, li ressqet Metsola wara l-iskandlu Qatargate, kienu destinati li jfallu.
F’post separat, hu kien qal li Metsola għandha tkun ta’ eżempju fit-tmexxija tagħha, iżda minkejja dan, isegwuha sensiela ta’ deċiżjonijiet ħżiena, li jagħmluha mhux denja għar-rwol li għandha.
Il-Professur Alemanno, ma kienx l-unika persuna li kkritikat dawn id-double standards ta’ Metsola.
Miegħu ngħaqad Professur ieħor, Yiorgos Vassalos, li hu riċerkatur politiku. Hu li qal kif, f’żewġ okkazjonijiet separati, Metsola tkellmet dwar pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, li hi simili għal dik tal-industrija tal-vapuri, li jispeċjalizza fiha żewġha. Xhieda ta’ konflitt ta’ interess qawwi.
Fost dawk li wkoll attakkaw l-aġir ta’ Metsola kien hemm l-Għaqda EU Environmental Law, George Roussos u Francois d’Alancon, li hu ġurnalist awtorevoli u indipendenti.
AQRA AKTAR: