Meta wieħed jilgħab bil-frażi ta’ Star Wars may the force be with you, faċilment tinbidel f’ may the fourth be with you. Minħabba f’hekk ir-raba’ jum ta’ Mejju sar magħruf bħala Star Wars Day.
Jum li fih ammiraturi ta’ Star Wars jiċċelebraw is-sensiela Star Wars. Din is-sena ngħaqdu fiċ-ċelebrazzjonijiet il-President Amerikan Barack Obama u martu Michelle, li flimkien ma’ żewġ Stormtroopers u r-robot R2-D2, żifnu mad-diska Uptown Funk.
Star Wars Day saret tant popolari li l-ħamsa ta’ Mejju beda jissejjaħ Revenge of the Fifth, ibbażat fuq it-tielet episodju tal-istess sensiela Revenge of the Sith. F’dan il-jum, l-ammiraturi ta’ Star Wars jingħaqdu mad-Dark Side u jiċċelebraw is-Sith Lords tal-istess sensiela.