L-eks President Amerikan, Barack Obama, u martu Michelle urew l-appoġġ tagħhom lejn Kamala Harris, it-Tlieta filgħaxija, waqt il-Konvenzjoni Nazzjonali tad-Demokratiċi.
Michelle Obama, wasslet messaġġ ta’ tama, simili għall-messaġġ li kien xpruna l-kampanja ta’ żewġha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huma faħħru lil Harris, filwaqt li ddeskrivew il-Presidenza ta’ Trump bħala kaos.
Minkejja dan, huma qalu li din l-elezzjoni se tkun waħda b’riżultat qrib, hekk kif hemm diversi stati li se jiddeterminaw dan ir-riżultat.