L-eks President Amerikan Barack Obama ngħaqad mal-Prinċep Harry, biex flimkien taw sorpriża bil-preżenza tagħhom f’waħda mill-aħħar logħbiet tal-Invictus f’Toronto.
Flimkien żaru t-tim Amerikan tal-basketball magħmul kollu minn persuni f’siġġijiet tar-roti qabel il-logħba kontra Franza.
Barack Obama u Harry, akkumpanjati mill-eks Viċi-President Joe Biden u martu Jill, raw lit-tim jirbaħ bl-iskor ta’ 28 kontra 6.L-“Invictus Games” – għall-irġiel u n-nisa li ndarbu meta kienu qed jagħtu s-servizz tagħhom lill-armata Amerikana – twaqqfu mill-Prinċep Harry lura fl-2014.
Logħob li bdew isiru bil-ħsieb li jservu t’għajnuna fiżika u psikoloġika lil uffiċjali u veterani li b’tant patrijottiżmu servew lil pajjiżhom.
Matul din il-ġimgħa ta’ logħob fil-Kanada, ħadu sehem timijiet minn 17 –il pajjiż bis-sehem ta’ ’l fuq minn 500 parteċipant.