Il-President Amerikan Barack Obama sejjaħ lill-Amerikani biex jiddefendu d-demokrazija waqt li kien qed jagħti l-aħħar diskors tiegħu f’Chicago.
Kważi f’kull aspett l-Istati Uniti hija iktar b’saħħitha u aħjar minn kemm kienet tmien snin ilu meta ħadt din il-kariga, stqarr Obama quddiem eluf ta’ persuni.
Wissa iżda li d-demokrazija trid tittieħed b’serjeta u m’għandiex tittieħed forgranted.
Appella lill-Amerikani li ġejjin minn kull sfera tas-soċjetà kif ukoll entitajiet differenti biex jikkunsidraw l-opinjonijiet diversi.
Obama kien l-ewwel President Amerikan ta’ karnaġġjon skur u kien elett fl-2008 b’messaġġ li jwassal il-bidla u t-tama.
Is-suċċessur tiegħu Donald Trump wiegħed li se jkun qed jibdel partijiet mill-politika li mexxa biha Obama.