Kien previst u kien proċess naturali. Iżda fadal xi jkun protett.
Din hija sinteżi ta’ dak li stqarr magħna l-Monsinjur Joe Vella Gauci, l-ambaxxatur Malti għall-UNESCO. Spjega li l-ogħla esperti kienu nġiebu Malta u dawn bassru, wara studju li jwassal anke sal-Imġarr u x-Xlendi, li t-tieqa xi darba kellha tiġġarraf.
Iżda spunt interessanti li qal il-Monsinjur huwa li fadal ħafna xi jkun imħares, fosthom anke taħt il-baħar u s-smewwiet taż-żona tad-Dwejra. Dan biex, fi kliemu, il-‘ġojjell’ jgħaddi għan ġenerazzjonjiet oħra.