Raġel ta’ 35 sena ttieħed Mater Dei dalgħodu, wara li baqa’ dieħel f’ħajt bil-vann tat-tagħbija tiegħu.
L-inċident seħħ fi Triq Birkirkara f’San Ġiljan għall-ħabta tas-1.45am.
Jidher li raġel mill-Ħamrun baqa’ dieħel f’faċċata ta’ blokka ta’ appartamenti.
Issejħet l-assistenza meħtieġa fuq il-post.
Jidher li s-sewwiq ħarrab ġrieħi ħfief. Aktar dettalji malli jaslulna.