Madwar 400,000 klijent ta’ l-ikbar bank fl-Italja kienu affettwati wara li data ta’ kontijiet ta’ self tpoġġiet f’riskju wara li saru xi hacks fis-sistemi.
Unicredit qalet li d-data personali u n-numri tal-kontijiet x’aktarx insterqu iżda żiedet tgħid li l-passwords ma nsterqux u għalekk il-hackers mhux se jkunu jistgħu jwettqu tranżazzjonijiet mhux awtorizzati.
Dan hu każ li qed jitqies bħala wieħed mill-ikbar f’att ta’ sigurtà onlajn li qatt seħħ lil bank fl-Italja.
Il-bank sostna li l-ewwel darba li din seħħet kienet lura f’Settembru u Ottubru tal-2016 u t-tieni każ seħħ dan ix-xahar u Ġunju.