Bangladesh iddikjara jumejn ta’ luttu nazzjonali għal dawk kollha li ġew maqtula meta l-militanti Islamiċi attakkaw kafeterija fil-kapitali, Dhaka.
Għoxrin ostaġġ, bil-maġġoranza tagħhom barranin, kienu maqtula f’dan l-attakk. Fost dawn, żewġ uffiċjali tal-pulizija u 30 persuna oħra li sofrew xi ġrieħi.
Il-Commandos salvaw 13-il persuna wara 12-il siegħa ta’ gwerra, b’sitt persuni armati maqtula u ieħor arrestat. Disa’ Taljani, seba’ Ġappuniżi, ċittadin Amerikan u ieħor Indjan kienu fost dawk maqtula.
Il-Ministru għall-Intern tal-Bangladesh qal li l-attakkanti ma kinux mill-grupp tal-Istat Iżlamiku imma parti minn grupp militanti lokali, li ilu projbit għal ħafna snin. Dan minkejja li l-Istat Iżlamiku aktar kmieni ħarġu ritratti ta’ allegat attakkanti li ppużaw quddiem bandiera sewda tal-Istat Iżlamiku.