Banek kbar fir-Renju Unit qed iħejju għal rilokazzjoni. Kienet din it-twissija tal-British Bankers’ Association. F’The Observer, il-kap tal-Assoċjazzjoni Anthony Browne wissa li banek żgħar ukoll jaf ifittxu li joperaw barra r-Renju Unit sas-sena d-dieħla. Qal li d-dibattitu politiku bħalissa mhux jiffavorixxi li banek jibqgħu fir-Renju Unit.
Waqt konferenza annwali tal-Assoċjazzjoni l-ġimgħa li għaddiet, huwa diġa’ qal li ħafna banek qed iħejju timmijiet apposta biex dawn jiddeterminaw liema partijiet mill-operat jeħtieġ jiċċaqalqu, sa meta, u kif se jagħmluha.
Qal li s-settur bankarju huwa aktar effetwat minn Brexit minn setturi oħra fl-ekonomija. Qal li huwa l-ikbar suq li jesporta u l-iktar suq li huwa internazzjonali u kapaċi jiċċaqlaq.