Għaddej ġmielu x-xogħol fuq bandli ġdid f’Ħal Għaxaq.
B’investiment ta’ aktar minn €300,000 mill-fond tal-Kunsill Lokali u permezz ta’ ftehim mal-kumpanija Enemed, dan huwa wieħed mill-akbar proġetti infrastrutturali fis-snin riċenti f’din il-lokalità.
Bħalissa dan il-proġett wasal fit-tielet fażi, fejn se jinbnew il-latrini u l-ħitan tal-madwar.
Fir-raba’ fażi fil-ġranet li ġejjin, iż-żona se tinkesa b’tapit tar-rubber bl-aqwa materjal għal min se jagħmel użu minnu.
Se jitwaħħlu railings, gradi, dwal, makkinarju u kameras tas-sigurtà biex jagħtu serħan il-moħħ u l-aqwa sigurtà għaċ-ċkejknin u l-qraba ta’ dawk li se jiffrekwentawh.
Il-proġett kollu mistenni jkun lest sas-sajf.