Il-Qorti ma laqgħatx it-talba ta’ mandat li ġie ipprezentant il-Qorti minn suldat tal-Forzi Armat ta’ Malta kontra l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta l-Brigadier Jeffrey Curmi. Brendan Borg, membru fil-Forzi Armati ta’ Malta u bandist, fetaħ kawża jilmenta li ma tħalliex imur kors fis-skola militari fir-Renju Unit, wara li f’Malta kien ġie magħul għal kariga ta’ Assistent Trumbettist Maġġuri fil-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. Madankollu, il-process kien twaqqaf u reġgħet ħareġ sejħa oħra għall-kors fl-Ingilterra. Huwa ressaq żewġ ilmenti fi ħdan il-protokol tal-Armata, u ġiet skedata laqgħa mas-superjuri tiegħu għad-9 ta’ Ottubru. Għaldaqstant, Borg fetaħ kawza l-Qorti biex jilmenta li ma kellhiex toħroġ sejħa oħra.
Wara li sema’ dan kollu, l-Imħallef Noel Cuschieri ma laqgħax il-mandat ta’ inibizzjoni ppreżentat mis-suldat Brendan Borg. Fis-sentenza, tiegħu l-Imħallef Cuschieri qal li wara li sema’ l-każ u x-xhieda f’dan il-każ, ma sab l-ebda raġuni għaliex għandu joħroġ mandat kontra l-Forzi Armati ta’ Malta.