Sarah Cilia, eks studenta tal-iskola St Joseph, rebħet kompetizzjoni biex id-disinn tagħha se jkun qed jidher fuq il-munita komemorattiva taż-żewġ ewro.
Id-disinn huwa l-bandiera ta’ Malta forma ta’ qalb, simbolu tal-għaqda u l-unità.
Il-flus li se jinġabru mill-bejgħ ta’ dawn il-muniti maħruġa mill-bank centrali se jmorru għall-Malta Community Chest Fund.
Waqt konferenza tal-aħbarjiet fl-iskola fil-Blata l-Bajda li għaliha attendiet il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Bank Ċentrali wera l-impenn li jorganniza attivitajiet bħal dawn.