Żmien il-Milied f’pajjiżna huwa sinonimu għall-banda Maltija bid-daqq ta’ numru ta’ carols tal-Milied.
Iżda f’dan iż-żmien ta’ festi, mhumiex biss il-baned tradizzjonali li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Milied fil-lokalitajiet tagħna.
Fil-fatt, ONE News żaru parata mill-banda lokali Maltija, il-Big Friends Guggen Musik Band, l-ewwel banda guggen f’pajjiżna.
Din il-banda kellha l-opportunità wkoll li jirrappreżentaw lil pajjiżna, inkluż fi Sqallija, il-Greċja, il-Ġermanja, kif ukoll f’Tuneż u l-Emeriti Għarab Magħquda.
ONE News tkellem mal-President tal-għaqda, Saviour Spiteri, fejn ta spjega ta’ x’jiġri mill-banda matul dan iż-żmien tal-Milied.
“Se ndoqqu diversi postijiet differenti matul dan ix-xahar. Saru ħafna prepramenti, ħafna kunċerti, u min jieħu ħsieb il-kostumi, min jieħu ħsieb il-mużika ġdida, iġifieri hija kollaborazzjoni sħiħa bejn kulħadd biex isiru dawn l-affarijiet.
SAVIOUR SPITERI
Hu temm jgħid kemm hu kburi li jagħmel parti minn din il-banda unika għall-gżejjer Maltin.
“Hija banda unika, strumenti innovattivi, mużiċisti jiżfnu, hija attrazzjoni tal-Milied, hija wiċċ mill-quddiem ngħid li, l-uniku ħaġa li hawn tal-Milied f’Malta, from A to Z. Hija banda differenti, hija differenti minn dawk il-baned tradizzjonali li jdoqqu l-Christamas carols, hija xi ħaġa differenti u kulħadd jitlobna, imma ma nistgħux naċċettaw is-servizzi kollha għax il-kalendarju jkun diġà mimli ħafna.”
SAVIOUR SPITERI