Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Ban Ki-Moon indika li se jikkontesta għall-kariga ta’ President fil-Korea t’Isfel.
Dan wara li l-kariga tiegħu bħala Segretarju tan-Nazzjonijiet Magħquda tintemm fl-aħħar ta’ Diċembru.
Fl-aħħar konferenza tal-Aħbarijiet, Ban Ki Moon qal li wara li jistrieħ ftit, se jirritorna fil-Korea t’Isfel u se jara kif jista’ jgħin fit-tmexxija tal-pajjiż.
Elezzjoni fil-pajjiż tista’ sseħħ fiż-żmien xahrejn u dan wara l-parlament tal-Korea t’isfel wera sfiduċja fil-President attwali u dan għax qed ikun allegat li hija ħalliet ħabiba tal-qalb takkwista profit permezz ta’ kuntatti qrib il-presidenza.