Fil-Victor Tedesco Stadium, partita bejn bejn Marsaxlokk u Balzan b’dawn tal-aħħar jirbħu 1 – 0 biex b’hekk b’dan ir-riżultat huma għamlu ċert li staġun ieħor jilgħabu fil-Kampjonat Premier.
Balzan marru fil-vantaġġ fil-39 minuta fejn wara xogħol mill-aqwa fuq il-linja leminija ta’ Jan Busuttil, kien Olivier Rommens li b’xutt li ma jaħfirx id-depożita l-ballun fix-xibka wara l-goalkeeper Matthew Calleja Cremona.
Fit-tieni taqsima, il-partita kienet ikkarterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground biż-żewġ timijiet ftit li xejn joħolqu azzjonijiet ta’ periklu u għalhekk il-konfront intemm b’rebħa għal Balzan, rebħa ta’ 1 – 0.
B’hekk Balzan temmew l-impenji tagħhom b’total ta’ 34 punt filwaqt li Marsaxlokk temmew l-impenji tagħhom b’43 punt fir-raba post.
Referee: Andrea Schriha