Balzan kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1. Huma urew reżiljenża u wirja produttiva li wassluhom biex jiksbu dawn it-tliet punti prezzjużi.
Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta Alex da Paixao Alves kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.
Balzan wieġbu żewġ minuti wara meta Isaac Westendorf kellu t-tentattiv tiegħu jiġi salvat tajjeb mill-goalkeeper tal-Maroons, Darijan Zarkov.
Fl-20 minuta, Balzan fethu l-iskor meta meta minn azzjoni ta’ freekick, kien hemm indeciżjoni mill-goalkeeper ta’ Gżira United Darijan Zarkov sabiex Henri Stanic b’xamma kbira ghall-goal tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
Fl-44 minuta, providenzjali kien id-difensur ta’ Balzan Kevin Williams li salva minn fuq il-linja lob delizzjuż ta’ Thaylor Aldama.
Balzan komplew jippressaw u fit-62 minuta Ayo Akpan avvanza tajjeb max-xellug u x-xutt tiegħu intemm barra.
Fit-72 minuta, Balzan irduppjaw l-iskor meta Isaac Westendorf avvanza tajjeb fil-kaxxa u tefa’ ġewwa.
Iżda Gzira ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u fit-80 minuta, rebħu penalty meta Thaylor Aldama twaqqa’ fil-kaxxa minn player ta’ Balzan sabiex mill-11-il metru, Gabriel Bohrer Mentz b’xutt b’saħħtu ma żbaljax.
Balzan komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Glen Tonna
Plejer tal-Logħba: Isaac Westendorf (Balzan FC)