Fit-tieni partita fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Balzan rebħu 3 – 1 kontra St. Lucia minkejja li kienu f’żvantaġġ ta’ gowl.
Balzan fetħu fuq l-attakk u resqu qrib li jiftħu l-iskor fl-10 minuta meta Alex Satariano żmarka lil Bojan Kaljevic imma l-goaler Matthew Calleja Cremona interċetta tajjeb lill-attakkant avversarju biex ċahhdu milli jiftaħ l-iskor.
Erba’ minuti biss wara Santa Lucia fetħu l-iskor meta Robert Hehedosh fajjar xutt li ħabat ma’ sieq il-lasta u Francisco Rodrigues Farias ħa r-rebound biex bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fl-20 minuta Balzan skurjaw il-goal tad-draw. Kien għal darb’oħra Satariano li qassam lil Bojan Kaljevic u dan b’xutt mill-isbaħ minn pożizzjoni angolata ħalla lil Calleja Cremona jħares.
Fl-40 minuta Balzan marru fil-vantaġġ meta Bojan Kaljevic approfitta minn inċertezza tad-difensur Francarolli, avvanza u qassam lil Angel Torres Quinones biex dan ta’ l-aħħar mill-qrib iddepożita l-ballun fix-xibka
Balzan kabbru l-vantaġġ fil-68 minuta meta reġa’ kien Angel Torres Quinones li skorja b’xutt fil-baxx għar-rokna minn pass tajjeb ta’ Satariano.
Player tal-Loghba: Angel Torres Quinones bil-konfront ikun kontrollat minn Darryl Agius