Ghal ewwel darba fl-storja tal-klabb, Balzan FC ikkwalifikaw għat-tieni rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League meta lbierah fl-Azerbaijan ġew megħluba 2 – 1 minn Kesla FK biex b’hekk għaddew b’aggregate ta’ 5 – 3 wara r-rebħa f’pajjiżna ta’ 4 – 1 tal-ġimgħa li għaddiet.
L-avversarji kienu fil-vantaġġ kmieni wara penalty skurjat minn Cezar Mezza Colli fil-11 il-minuta. Minuta fil-ħin miżjud, Kesla FC għamluhom tnejn grazzi għal Slavik Alhasov, gowl li kompla jqawwi qalb il-plejers Ażeri.
Madankollu fil-sitt minuta tal-ħin moghti żejjed is-sostitut Andrija Majdevac ghamilhom 2 – 1 biex b’dan ir-rizultat intemmet il-partita.
Fit-tieni rawnd Balzan FC ser jiltaqaw kontra Slovan Bratislava ta’ Slovenja.