L-Indoneżja wissiet li l-vulkan attiv ta’ Agung fuq il-gżira turistika ta’ Bali daħal “f’fażi kritika”, fost biżgħat ta’ eruzzjoni imminenti.
Il-vulkan Agung huwa fost mija w’tletin vulkan attiv fl-Indoneżja, f’ arċipelagu suxxettibbli ħafna għal eruzzjonijiet u terremoti volkaniċi minħabba li jinsab fuq dak li huwa magħruf bħala “iċ-Ċirku tan-Nar”.
Mijiet ta’ theżżiżiet kienu rrekordjati matul il-jum tat-Tnejn hekk kif l-attivita’ vulkanika tinsab tiżdied.
Aktar minn seba w’ħamsin persuna li jgħixu qrib il-muntanja ġew evakwati minn djarhom, u ż-żona tpoġġiet taħt l-ogħla livell ta’ allarm għall-vulkan.
Il-vulkan Agung żbroffa l-aħħar fl-elf disa’ mija tlieta u sittin fejn kienu mietu mal-elf u ħames mitt persuna.
Bosta pajjiżi inklużi r-Renju Unit, l-Awstralja u Singapor ħarġu avżaw liċ-ċittadini tagħhom b’possibilitajiet ta’ tfixkil fit-titjiriet u anke evakwazzjonijiet.