Il-bajja tar-Riviera f’Għajn Tuffieħa hija fost l-aktar għaxar bajjiet fl-Ewropa li hi meqjusa sigura wara l-lockdown impost f’diversi pajjiżi minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Is-sit awtorevoli Forbes poġġa din il-bajja Maltija s-sitt l-aktar bajja sigura u li tista’ fiha żżomm id-distanza soċjali.
Forbes isemmi wkoll lil Għawdex, jekk trid toqgħod iżjed għal kwiet.
Intqal ukoll li Malta kellha ħamsa u ħamsin darba inqas każijiet ta’ Coronavirus minn pajjiżi oħra Ewropej.
“Gżira li għandha ferm iżjed sodod fl-isptarijiet għal kull ras milli hemm fil-Finlandja, l-Irlanda u r-Renju Unit”, saħaq Forbes.
Intqal li l-epidemija kienet limitata ħafna f’pajjiżna.
Il-bajja t’Għajn Tuffieħa ġiet deskritta bl-aħjar kliem u Forbes stieden lin-nies biex jżuru waħda mill-isbaħ destinazzjonijiet fl-Ewropa, Malta.