Baħri Grieg ta’ 35 sena ammetta li hedded uffiċjali tal-pulizija wara li marru jfittxuh meta il-Ħadd filgħaxija waslilhom rapport li kien qed jiffitta nies f’restorant fil-Belt Valletta.
Huwa ammetta wkoll li kkaġuna feriti ħfief fuq is-Surġent Brendan John Borg u kif ukoll li hedded anke lill-Kuntistabbli Robert Saliba.
Il-Maġistrat kkundannah sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta’ erbat elef ewro li jrid iħallasha sal-Ġimgħa d-dieħla biex ikun jista’ jsalpa minn Malta abbord vapur li jinsab sorġut fit-tarzna ta’ Palumbo f’Bormla.