Żewġ telfiet kbar fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Studenti Junior College u Kunsill tal-Studenti tal-MCAST tefgħu lill-Studenti Demokristjani Maltin f’baħar ta inkwiet. Il-kunflitti interni wasslu għall-ħatra ta’ eżekuttiv ġdid b’ nies mill-eżekuttiv il-gdid instemgħu jgħidu li jridu jibdew paġna ġdida u xejn ma kellhom kliem kumplimentuż lejn dawk li kien hemm qabilhom.
Ma setax jonqos li f’dan kollhu jdeffsu mneħirhom nies mill-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista li assiguraw li jkunu dawk l-aktar qrib tagħhom li jieħdu t-tmexxija tal-għaqda. Saħansitra one.com.mt jista’ jikkonferma li dan kien suġġett li saħansitra kien diskuss fid-Dar Ċentrali.
Fl-aħħar snin kull darba li l-SDM rebħu xi elezzjoni esponenti tal-Partit Nazzjonalista, fosthom David Agius kienu ħargu jgħidu dan huwa l-bidu tar-riħ tal-bidla, dikjarazzoni li żgur ma kinitx tirrifletti dak li emmnu l-studenti li ħafna drabi jagħmlu għażliet ibbażati fuq dak li qed jaraw qed jiġri quddiem għajnejhom fil-kulleġġi li jattendu.
Iżda issa kliem bħal ta’ David Agius żied il-pressjoni u għalhekk fl-aħħar jiem kullħadd spiċċa jipponta swaba lejn xulxin f’dgħadija ta’ kummenti dwar ta’ min hu t-tort. Hawn issemmew biżibilju suġġetti, fosthom dwar kif l-elezzjonijiet ma tirbaħhomx bil-parties li minnhom “hemm min qed isir nies”.
Saħansitra nistgħu niżvelaw li qed isir rapport tat-telfa. Il-President il-ġdid tal-SDM huwa Gabriel Micallef, Nazzjonalist tal-qalba u eks kandidat mingħajr suċċess għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali