Il-kampanja nazzjonali Pink October hija organizzata bil-ħsieb li jinġabru l-fondi u tiżdied il-kuxjenza fuq il-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider, ir-riċerka u l-apparat tekniku għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti milquta bil-kanċer.
L-għan ta’ Pink October huwa li jinġabru €90,000 minn kumpaniji, donazzjonijiet privati u minn attivitajiet li se jittellgħu matul ix-xahar t’ Ottubru. Il-fondi se jintużaw biex tinxtara magna Faxitron Biovision, li tkompli ttejjeb il-preċiżjoni dijanjostika u l-effettivita tal-kirurġija tas-sider u ta’ tipi oħra ta’ kanċer
Saret ukoll ‘Run to the Rhythm’, ġirja ta’ 10km li telqet mill-Kumpless Turistiku ta’ Bay Street, San Ġiljan, nhar il-Ħadd 16 ta’ Ottubru, u baqgħat sejra sal-Gżira u lura.
Dan huwa kliem Michelle Muscat fil-bidu tal-kampanja.
https://www.youtube.com/watch?v=vuiEMuiOljk