Is-satra tal-lejl ta’ bejn it-Tlieta u t-Tlieta inkisret b’ħalbiet tax-xita u riħ qawwi. Iżda l-maltemp kompla jippersisti dalgħodu hekk kif kellna aktar ħalbiet tax-xita. Wieħed beda jsiba diffiċli biex iżomm l-umbrella fuq rashu hekk kif nistgħu ngħidu li fuq il-gżejjer Maltin kellna rifnu.
Dan il-maltemp jidher li se jkompli matul il-ġurnata u mhux se jintemm mat-tokki ta’ nofsillejl hekk kif l-Uffiċju Meterjoloġiku qed ibassar li x-xita u l-maltemp ikomplu l-Erbgħa, l-Ħamis u l-ġimgħa iżda l-forzi tar-riħ mistennija tonqos.
Dan huwa r-rapport tat-temp għall-jum tat-Tlieta:
Temp: Imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita li jsir ftit imsaħħab
Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita
Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral li jsir moderat għal ftit qawwi
Temperaturi: L-Ogħla 15°C L-Inqas 10°C
Indiċi UV: 3
Baħar: Qawwi ħafna li jsir qawwi Imbatt Moderat mill-Punent li jsir mill-Punent Majjistru
Temperatura tal-Baħar: 15°C