Hekk kif in-nies bdew jinġabru għall-mass meeting tal-Partit Laburista, il-Fosos diġà nbidel f’baħar aħmar.
Siegħa qabel jibdew id-diskorsi, fuq il-Fosos tal-Furjana diġà nġabru l-eluf biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Fit-28 jum tal-kampanja, jiem biss ‘il bogħod mill-elezzjoni ġenerali, eluf qed juru l-appoġġ tagħhom lill-Partit Laburista għax jemmnu li l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej.