Il-baġit għas-sena d-dieħla, li se jkun ippreżentat nhar it-Tnejn li ġej, se jkun wieħed pożittiv u li se jibqa’ wara n-nies. Għadda dan il-messaġġ ċar il-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti mal-midja fi tmiem is-summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell.
“Dik li nibqgħu wara n-nies. Id-dinja għaddejja minn mumenti li mhumiex faċli. Però se nibqgħu aħna kompletament wara l-poplu tagħna biex nilqgħu kemm jista’ jkun mill-impatti, kemm jekk qed nitkellmu dwar l-inflazzjoni, hemmhekk kellna tħabbira fiż-żieda tal-Paga Minima Nazzjonali diġà, dik biha se nżidu aktar purchasing power lil dawk li jistgħu l-inqas fis-soċjetà u se jkun baġit, kburi mmens bil-prinċipji Soċjalisti li jħaddan dan il-Gvern, li rridu nħarsu lil dawk li huma fil-faxxa t’isfel tas-soċjetà tagħna.”
il-Prim Ministru Robert AbelaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’dan il-kumment, Dr Abela tenna li se jkompli jsostni lill-familji u n-negozji, kif għamel b’dawn l-aħħar żminijiet ta’ sfidi internazzjonali. Il-Prim Ministru sostna wkoll dwar kif il-baġit għas-sena d-dieħla se jżid il-pensjonijiet biex jgħinhom jegħlbu l-isfidi.
“Persważ li kieku kien ħaddieħor qed imexxi l-pajjiż f’dan il-perjodu kien jaqa’ għall-formula tal-awsterità. Dik hi l-unika formula li jaf il-Partit Nazzjonalista, meta kien imexxi u jsib ruħu f’mumenti diffiċli. Aħna f’mumenti ta’ awsterità u ta’ pressjonijiet kbar, nirreaġixxu bil-kontra. Nirreaġixxu billi nagħmlu baġits li jkunu aktar espansjonarji, aktar ġenerużi man-nies biex ninċentivaw u jibqgħu jimxu ’l quddiem lin-negozji, nibqgħu ninċentivawhom u jibqgħu jinvestu u b’hekk nemmen li nistgħu noffru Malta aħjar għal kulħadd.”
il-Prim Ministru Robert Abela