Dan il-baġit li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja permezz tat-tkabbir u s-sostenibbiltà. Hekk iddeskriva l-Baġit li ġie ippreżentat mill-Ministru Clyde Caruana, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja f’kumment ma dan l-istazzjon.
Il-Segretarju Ġenerali innota li hemm kważi nofs biljun ta’ miżuri li huma għal dawk li huma l-iktar vulnerabbli fis-soċjeta tagħna fi sfond ta’ kriżi internazzjonali.
Il-GWU apprezzat wkoll il-fatt li filwaqt li l-Gvern qiegħed jintroduċi għadd ta’ miżuri soċjali ġodda u addizzjonali bla preċedent, id-dejn nazzjonali se jibqa’ taħt il-livelli mitluba mill-Unjoni Ewropea.
Huwa żied jgħid li kif kien ġie issuġġeriet mill-GWU, il-Gvern qed jibqa’ jinsisti li l-ħaddiema jkunu onesti u jħallsu dak dovut minnhom, fejn se jagħti l-appoġġ totali lejn in-negozjant li jitratta lill-ħaddiema u l-konsumatur sew u li jħallas it-taxxi.