L-Assoċċjazzjoni tal-lukandi u r-ristoranti Maltin sostniet li dan il-baġit huwa baġit ibbażat fuq il-prinċipji ekonomiċi tal-passat. Prinċipji ta’ suċċess.
Dawn il-prinċipji b’xejra ambjentali huma t-triq ‘il quddiem għad-direzzjoni t-tajba. Minn perspettiva soċjali, l-istess assoċċjazzjoni temmen li dan il-baġit se jkompli jifrex il-ġid iġġenerat minn ekonomija b’saħħitha u għalhekk, se tgħin l-aktar lil dawk li għandhom bżonn.
Madanakollu, is-sostenibilta’ se tibqa’ sfida ewlenija li dan il-pajjiż se jkun qed jaffaċċja. Il-limitazzjonijiet fir-riżors uman jeħtieġ li jiġu kkunsidrati għall-viżjoni ta’ dan il-gvern għas-sena 2025.