Baġit b’viżjoni li jippromwovi x-xogħol u s-soċjal.
Qal dan is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja, b’reazzjoni għall-baġit għas-sena d-dieħla, bit-tema ‘Pajjiż ta’ Kwalità’.
Bugeja żied jgħid kif it-twessigħ tat-tax bands, se jaffetwaw lill-ħaddiema kollha, b’dan jingħaqad ukoll ma’ diversi inċentivi fosthom is-sussidji tal-enerġija, iż-żidiet fil-pensjonijiet u l-benefiċċji, kif ukoll għajnuniet biex tippromowovi iżjed l-edukazzjoni u l-familja.
Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, qal kif dan il-baġit se jagħti direzzjoni lejn fejn irridu nieħdu lis-soċjetà Maltija, hekk kif hemm ukoll masterplan għat-traffiku, il-viżjoni 2050 għal Malta, u l-policiy dwar il-Migration Policy – li tkompli tgħin fid-dinja tax-xogħol.
Bugeja qal kif it-tkabbir ekonomiku li qed jesperjenza l-pajjiż, qed jitqassam man-nies, biex jiġi megħjuna firxa akbar ta’ nies minn kull faxxa tas-soċjetà.
Semma wkoll diversi benefiċċji soċjali u miżuri – li jkomplu jaċċertaw li pajjiżna jimxi b’viżjoni ‘l quddiem.