Il-Kumitat li jevalwa n-nomini tal-ġudikatura diġa’ approva l-ewwel ismijiet li għandhom ikunu maħtura bħala ġudikanti ġodda u jinħatru bħala Imħallfin jew Maġistrati.
Il-parir intbagħat lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Issa jkun il-Kabinett li jiddeċiedi, bil-Prim Ministru jtenni li se jkun qed iżomm mal-parir tal-kummissjoni.
Waqt Dissett qal “din hija l-ewwel darba fl-istorja li l-gvern ċeda parti mill-poter li kellu” u għamilha ċara li hu se jimxi ma’ rakkomdazzjonijiet tal-kumitat.
“Il-Gvern ċeda parti mill-poter li jaħtar lil min irid fil-ġudikatura u qabel il-gvern jasal għal dak l-istadju jrid jara l-parir tal-kumitat,” qal Joseph Muscat li nnota kif il-kumitat hu magħmul minn nies rispettati.
Fil-fatt il-Kumitat huwa magħmul minn persuni li jgawdu awtonomija sħiħa mill-Gvern tal-ġurnata, li huma: il-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Awditur Generali, l-Ombudsman u l-President tal-Kamra ta’ l-Avukati.