Filippin residenti San Pawl il-Baħar tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident ta’ traffiku, wara li ħabat bil-mutur.
L-inċident seħħ fl-erbgħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq L-irvellijiet 1958 fejn kien hemm ħabta bejn il-Fillipin li kien qed isuq mutur Honda u Land Rover li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ sebgħa u tletin sena residenti Raħal Ġdid.
Il-Filippin ttieħed l-isptar Mater Dei bi ġrieħi serji iżda iktar tard ġie ċċertifikat mejjet.
Dwar il-każ inħatret inkjesta maġisterjali immexxija mil-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.