Il-plejer tal-Badminton lokali Samuel Cassar kellu wirjiet tajba fil-kampjonat tat-tielet Diviżjoni fid-Danimarka. Cassar kien qed jieħu sehem fil-kampjonat daniż, li huwa wieħed ta’ livell għoli fl-Ewropa.
Il-plejer malti kien qed jikkompeti mat-team Badminton Esbjerg 3. Minkejja li t-team tiegħu ħareġ tellief bl-iskor ta’ 7-6 kontra Nr. Lyndelse, Cassar għeleb lil Markus Nielsen f’żewġ sets, 21-13, 21-16 waqt il-logħba tiegħu individwali.
Aktar tard Cassar lagħab fid-doubles ma’ Fedir Tiurin u flimkien gmiegħu għeleb lil Emil Jørgensen u Kristian Emil Ellegaard Østfeldt f’żewġ sets, 24-22, 21-16.
Hekk kif ġie fi tmiemu l-kampjonat daniż, it-team ta’ Sam Cassar, Badminton Esbjerg 3, temm fir-raba’ post tal-klassifika.
L-impenn li jmiss għalih hu t-turnew internazzjonali fl-Iżlanda, u aktar tard fil-Kampjonati Nazzjonali.