Hekk kif il-Ġimgħa fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera ingħata bidu għall-Kampjonat tat-timijiet tal-pajjiżi żgħar tal-Ewropa, Malta bdiet b’rebħa u b’telfa.
Fl-ewwel logħba tiegħu filgħodu it-team malti rebaħ lil Ġibiltà bi skor ta’ 5-0. Fit-tieni logħba, li ntlagħbet wara nofs-in nhar, Malta tilfet kontra l-Gżejjer Faroe bl-iskor ta’ 3-2.
It-team malti hu kompost mill-plejers: Matthew Abela, Samuel Cassar, Nigel Degaetano, Matthew Galea, Lauren Azzopardi, Francesca Clark u Elenia Haber. Huma qed ikunu immexxija mill-kowċ Matthew Haynes.
L-impenji tal-maltin ikomplu għada s-sibt bl-aħħar logħba mill-gruppi kontra Liechtenstein.
F’każ ta’ rebħa it-team malti jgħaddi għas-semifinali kontra l-Iżlanda jew Ċipru.