Badminton Malta bi pjaċir tħabbar it-tnedija tal-edizzjoni inawgurali tal-Kampjonati tat-Timijiet tal-Badminton tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa, li se ssir bejn it-3 u l-5 ta’ Novembru 2023 fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
F’Dan l-avveniment ħa jkunu qed jipparteċipaw tmien pajjiżi żgħar tal-badminton fl-Ewropa. Dwn huma: Ċipru, il-Gżejjer Faroe, Ġibiltà, Greenland, l-Iżlanda, l-Isle of Man, il-Liechtenstein u Malta. Huma se jgawdu minn tmiem il-ġimgħa ta’ kompetizjoni intensa u eċċitanti fl-ewwel avveniment tat-timijiet internazzjonali li qatt ġie ospitat f’Malta.
Il-fażi inizjali se jkollha t-timijiet maqsuma f’żewġ gruppi li jilagħbu kontra xulxin fuq bażi ta’ round-robin. Skond il-klassifika fil-gruppi, l-avveniment se jibdel il-format għal format ta’ playoff, fejn it-timijiet imbagħad jilagħbu għal post fil-finali u jiddeterminaw il-klassifika finali tagħhom.
Kull logħba se tkun magħmula minn Men’s Singles, Women’s Singles, Men’s Doubles, Women’s Doubles u Mixed Doubles.
Owen Grech, il-President ta’ Badminton Malta, qal: “L-Assoċjazzjoni tagħna qed taħdem bis-sħiħ biex tiżgura li l-ewwel edizzjoni tal-Kampjonati tat-Timijiet tal-Badminton tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa tkun waħda ta’ suċċess. L-idea li
tlaqqa’ flimkien l-istati żgħar Ewropej għal avveniment tal-badminton giet diskussa għall-ewwel darba fl-2017 waqt Kungress tal-Ewropa tal-Badminton fi Praga.
“Malta, Ċipru u Monaco ddiskutew il-fatt li l-badminton mhuwiex wieħed mill-isports ikkunsidrati għal-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE), li jsir kull sentejn, u qbilna li għandna nippruvaw norganizzaw avveniment b’mod indipendenti, billi nimpenjaw ruħna mall-pajjiżi l-oħra.
“Allura, sitt snin minn dakinhar, l-avveniment fl-aħħar qed iseħħ u qed nistennew bil-ħerqa li nilqgħu lill-ħbieb tagħna tal-badminton min-nazzjonijiet żgħar Ewropej l-oħra għall-bidu tal-kampjonat fi żmien xahrejn.”
Is-Sur Grech irringrazzja lil SportMalta u lill-Kumitat Olimpiku Malti għall-għajnuna kontinwa tagħhom, VisitMalta, J. Portelli, AX Group u Victor Malta għall-appoġġ li ngħata biex jospita dan l-avveniment.
Badminton Malta qed tħeġġeġ lill-pubbliku ġenerali biex jingħaqad magħna fiċ-ċelebrazzjoni tal-Kampjonati tat-Timijiet tal-Badminton tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa, l-ewwel avveniment internazzjonali tat-tim tal-badminton f’pajjiżna. Team Malta għandu bżonn l-appoġġ tiegħek.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur https://badmintonmalta.org/small-states-2023