Jason Azzopardi ressaq kawża kontra tliet persuni b’mod personali u li jpoġġu fuq it-Tribunal Industrijali għaliex ma qabilx mad-deċiżjoni tagħhom fit-Tribunal.
Fi kliem ieħor, Jason Azzopardi bl-aġir tiegħu qed jagħmel azzjoni personali kontra ġudikant li jiddeċiedi mhux kif irid hu.
Dan l-attakk bl-iskop li jwerwer l-istituzzjonijiet li jiddeċiedu mhux skont id-diska tiegħu huwa wkoll aġir sintomatiku tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Bernard Grech u li hi maħnuqa mill-establishment fosthom esponenti tal-għaqda Repubblika, li Jason Azzopardi nnifsu hu avukat tagħha.
Fil-fatt nhar il-Ħadd, Bernard Grech ukoll infexx jattakk l-istituzzjonijiet li ma jdoqqux id-diska tiegħu.
Flimkien ma’ Jason Azzopardi, iffirmat il-kawża Therese Comodini Cachia, oħra li tkun fl-attivitajiet ta’ Repubblika, u kienet Deputat Nazzjonalista tal-Blue Heroes li kienet qaċċtet lill-eks Kap Adrian Delia biex oriġinarjament toqgħod hi bħala Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-kawża li fetħu Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia hija dwar deċiżjoni li ħa t-Tribunal Industrijali li kien ippresedut minn Harold Walls u Bryony Balzia Bartolo u Lawrence Mizzi bħala membri.
Dawn it-tliet persuni msemmija issa spiċċaw imfittxija personalment minn Azzopardi u Comodini Cachia għaliex ma ddeċidewx kif riedu ż-żewġ avukati.
Xahrejn ilu, it-Tribunal Industrijali kien iddeċieda li l-grad tal-Learning Support Educators mhux distint minn dak tal-għalliema għaliex ilkoll huma edukaturi u għalhekk saret iċ-ċaħda għat-talba tal-Union for Professional Educators, UPE mmexxija minn Graham Sansone.
Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia għall-UPE ma jridux joqogħdu għal din id-deċiżjoni ta’ Tribunal u għalhekk issa fittxew personalment lil min iddeċieda mhux kif riedu huma.