Il-Partit Nazzjonalista bagħat lid-deputat Jason Azzopardi biex fi Brussell jitkellem kontra l-Gvern Malti. F’laqgħa f’kumitat bejn membri parlamentari mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u membri tal-kumitati għall-affarijiet ekonomiċi u dak Pana Azzopardi qal li dan huwa mument imbarazzanti għal Malta. F’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea tkellem biss dwar temi lokali, mill-Kummissarji tal-Pulizija għal mod kif skont hu l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ma jridx jikkopera mal-istituzzjonijiet Ewropej.
Dan anke dwar direttivi marbuta ma’ amministrazzjoni finanzjarja. U bħal David Casa ftit tal-jiem ilu Jason Azzopardi kellu liċ-ċermen tal-kumitat iġibu f’postu. Din id-darba kien Werner Langen mill-Partit tal-Popolari Ewropej li qallu li l-kumitat ġej Malta u diġa’ ftiehem għal numru ta’ laqgħat fosthom mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.
Fl-istess kumitat intervjena l-Ministru Owen Bonnici, li filwaqt li baqa’ ffokat fuq il-ħidma Ewropea li ssejħu Brussell għaliha fakkar kif fil-mument Jason Azzopardi huwa l-aħħar wieħed li jista’ jitkellem dwar governanza tajba.