Jason Azzopardi, parti mill-establishment tal-Partit Nazzjonalista, għajjar żibel lil dawk li fis-sajf li għadda assistew mara b’kumplikazzjoni medika li nqabdet f’pajjiżna.
Dan meta fuq Facebook allega li din inġiebet apposta Malta biex, fi kliemu, tqum kontroversja. Il-kumment ta’ Azzopardi ġab l-għadab ta’ bosta.
“Incredible claim,” qalu l-Maltatoday fir-rapportaġġ tagħhom. U diversi kkumentaw, fosthom ġurnalisti u akkademiċi li ħassewhom maħsuda bil-kumment ta’ Azzopardi.
Fuq il-midja soċjali l-ġurnalist Kurt Sansone kiteb: “Li ma taqbilx nifhem. Imma li taqa’ f’din ir-redikolaġni ma nifhimx.”
Andrea Dibben, attivista u akkademika, irreaġixxiet u qalet: “B’wiċċi minn quddiem ngħidlek giddieb” u spjegat dak li għaddew minnu sakemm il-mara waslet Spanja u kienet sigura. L-akkademiku u Professur John Baldacchino fisser kif donnu din saret ġirja sal-qiegħ.