F’seduta mqanqla fil-Qorti, fil-kawża ta’ libell ippreżentata mill-Ministru Owen Bonnici, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi akkuża lil Ministru bħala ko-parteċipant fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Ministru Bonnici kien ippreżenta libell wara li Jason Azzopardi kien għajjar lil Bonnici bħala giddieb u kriminal fuq il-midja soċjali.
Meta mistoqsi mill-Avukat tal-Ministru Bonnici, Pawlu Lia, jekk hux qed jgħid li Dr Bonnici huwa ko-responsabbli għal qtil ta’ Caruana Galizia, Azzopardi wieġbu iva
“Din hija r-raġuni għaliex hawn din il-mibegħda f’dan il-pajjiż! Vili!” tenna Lia, fost ħafna għajjat ġej ukoll minn Jason Azzopardi.