Fl-aħħar jiem Jason Azzopardi ffirma stqarrija tal-PN jikkundanna l-gvern għax art f’Bulebel kienet ikkunsdirata biex tkun estiża żona industrijali. Iżda, d-dokumenti juru li kien l-istess Jason Azzopardi li għadda l-art għal dan il-għan bil-Partit Laburista llum jippubblika l-provi u jgħid li għal darb oħra l-PN ma jistax ikun kredibbli.
Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Ambjent, Jason Azzopardi, hu l-istess bniedem li kien politikament responsabbli meta l-gvern Nazzjonalista għadda art f’Bulebel lil Malta Industrial Parks. Dan biex tintuża għal żvilupp ta’ fabbriki.
Jirriulta li t-trasferiment kien sar b’effett mill-ewwel ta’ Diċembru 2009 permezz ta’ avvviż legali li kien ippubblikat mill-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista qal li dan il-fatt jikkonferma għal darb oħra n-nuqqas ta’ kredibbiltá tal-Partit Nazzjonalista u l-kelliema tiegħu dwar kwistjonijiet ambjentali.
Bil-kelliem għall-ambjent Jason Azzopardi ma jistax ikun kredibbli meta joħroġ jikkundanna lill-MIP għax kienet qed tistħarreġ il-possibbiltà li tuża din l-art meta kien hu stess li għaddijilha biex tużaha għall-fabbriki.
Fuq kollox, qal il-Partit Laburista, dan juri kemm il-mod ġdid ta’ Adrian Delia mhu mod ġdid xejn.
Għax meta ġie biex jaħtar kelliem għall-ambjent għażel deputat li vvota favur l-ikbar estensjoni fiż-żoni tal-iżvilupp u deputat li ma’ ismu għandu marbuta każi skandalużi ta’ kif intużat art pubblika.
Daqs kemm jgħid fuq l-ipokrezija ta’ Azzopardi, dan il-każ jesponi wkoll in-nuqqas ta’ ġudizzju politiku ta’ Adrian Delia, qal il-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista fakkar kif il-gvern qed jaġixxi differenti.
Dan għax anke jekk għandu art li skont il-pjan lokali tista’ tintuża għal skop ta’ fabbriki xorta waħda qed jikkonsulta u jaħdem biex isib siti alternattivi.