Il-bieraħ, uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorita’ tal-Ippjanar bdew il-proċess ta’ twaqqigħ ta’ pjattaforma kbira tal-konkos li kienet mibnija mingħajr permess f’għalqa fil-limiti ta’ Ħal Safi.
Fi stqarrija l-Awtorità għall-Ippjanar qalet li l-azzjoni ta’ infurzar ser tinkludi ukoll it-tneħħija ta’ kamra u żewg ħitan ta’ sitt filati mibnija llegalment. Kwantita’ kbira ta’ materjal u oġġetti li jinkludu kontenituri tal-plastik, ċilindri tal-gass, palletti tal-injam, tajers tat-trakkijiet, briks tal-konkos u pajpijiet tal-plastik bdew ukoll jitneħħew waqt din l-operazzjoni.
Is-sid tas-sit ikkopera bis-sħiħ mal-uffiċjali tal-Awtorita’ u qiegħed jassisti fit-tneħħija tal-illegalitajiet.
F’dawn il-jiem li ġejjin, l-Awtorita’ ser tiżgura li s-sit, li jinsab fl-inħawi magħruf bħala l-Ħlantun, ser jerġa’ jittreġġa lura għall-użu oriġinali tiegħu, dak agrikolu.