Kompliet il-ħidma sfieqa mill-Awtorità tal-Ippjanar kontra żviluppi illegali.
Filfatt uffiċjali tal-infurzar mibgħuta mill-Awtorità kienu kostretti iwaqqgħu residenza li nbniet illegalment fuq art agrikola fil-Wardija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar.
Fis-sit li jaqa’ fiż-żona ta’ barra mill-iżvilupp inbniet saħansitra pixxina li tneħħiet ukoll bħala parti mill-operazzjoni ta’ infurzar li twettqet fl-aħħar sigħat.
Is-sid ta’ din id-dar illegali kien ilu li ġie imwissi għal diversi snin madankollu fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar saħqet li huwa kompla għaddej bi żvilupp fejn anki laħaq bena ġibjun.
Fid-dawl li s-sid ma tax widen għat-twissijiet li sarulu, uffiċjali tal-Awtorità neħħew għal kollox l-iżvilupp illegali li sar u s-sit reġa’ ħa s-sura oriġinali li kellu qabel l-iżvilupp.