L-Awtorità tal-Ippajanar dalgħodu ħadet azzjoni fi scrapyard kbira li hemm Birżebbuġa. Hemm hemm materjal maħżun fuq medda ta’ 21,000 metru kwadru u ogħli li jlaħħaq is-sulari.
one.com.mt huwa informat li s-sidien ġew arrestati, li rritaljaw billi tefgħu xi ġebel u oġġetti lejn l-awtoritajiet.
L-azzjoni ta’ inforzar fl-iscrapyard li tinsab qrib Għar Dalam f’zona magħrufa bħala Ta’ Ħarbat, kienet ilha tissemma, speċjalment għaliex kien hemm episodji meta din ħadet in-nar. Hija scarpyard bla peremssi u għalhekk meqjusa illegli.
Filmat ta’ Alex Borg dalgħodu
https://www.youtube.com/watch?v=R-nU0EawPFQ
Dan hu servizz minn Awwissu 2015 li xxandar fuq ONE news.