Il-Port Ħieles ħa azzjoni fil-waqt biex jikkontrolla ħruġ ta’ likwidu minn vapur tal-merkanzija.
Fi stqarrija intqal li l-inċident seħħ wara li kontejner li kien qed jitgħabba fuq il-vapur laqat l-istess bastiment.
Il-Port Ħieles ried iserraħ ras ir-residenti ta’ Birżebbuġa u tal-madwar li ma kien hemm l-ebda materjal li ħareġ li kien ta’ periklu.
L-azzjoni ta’ kontroll kienet spezzjonata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u l-ebda bajja fil-madwar ma ntlaqtet b’mod negattiv.