Stennija ta’ sitta u tletin sena u ta’ pellegrinaġġi bla waqfien minn madwar id-dinja kollha lejn il-Bożnija Ħelżegovina. Storja li bdiet fl-1981 u li kompliet ukoll mingħajr rikonoxximent uffiċjali. Issa l-iżvolta fi stqarrija tal-Monsijur Henyrk Hoser, l-Arċisqof Emeritu ta’ Praga u l-mibgħut ta’ Papa Franġisku, proprju fil-post fejn allegatament seħħu d-dehriet tal-Madonna.
Il-kult huwa awtorizzat u mil-lum kull djoċesi fid-dinja u organizzazzjonijiet oħrajn jistgħu jtellgħu peleggrinaġġi uffiċjali – rivoluzzjoni parzjali iżda xorta waħda rivoluzzjoni meta mqabbel mal-aħħar konferenza episkopali – il pelegrinaġġi li ma kinux rakkomandati issa jistgħu jiġu ggwidati minn saċerdoti, isqfijiet u kardinali. Dan għax skont il-mibgħut tal-Papa l-istituzzjonijiet ta’ karità impenjati f’dan il-post huma kbar waqt li kkonferma l-awtentiċità ta’ dan is-santwarju.
Dak li fadal x’jiġi investigat huwa l-misteru profond li m’għandux spjegazzjoni xjentifika. Għexieren ta’ dehriet, kwistjoni kumplessa u kontroversjali analizzata minn kummissjoni investigattiva li riedha l-Papa Benedittu Sittax u ppresedutha mill-Kardinal Camillo Ruini, ittrattatha wkoll b’kawtela minn Papa Franġisku.
Sa mill-bidu tas-snin tmenin, l-allegati dehriet tal-Madonna lis-sitt żgħażagħ ta’ Medjugorje kienu meqjusa bħala sopra naturali nkluż mill-kummissjoni kompetenti. Wara l-missjoni tal-mibgħut speċjali issa jonqos biss l-aħħar kelma ta’ Papa Franġisku biex jissiġilla darba għal dejjem ir-rikonoxximent ta’ dan il-kult Bosnijaku.