Minn nhar it-Tnejn li ġej, l-Awstraljani li jkunu l-Indja mhux se jitħallew jirritornaw pajjiżhom hekk kif il-Gvern tal-Awstralja għamel dan temporanjament illegali.
Kull min jikser din il-liġi jista’ jaffaċċja sa ħames snin ħabs u multa. Jidher li l-Gvern ħa din id-deċiżjoni b’rabta mas-sitwazzjoni tal-COVID-19, wara li ra wkoll is-sitwazzjoni tan-nies li jinsabu fil-kwarantina u li nstabu pożittivi għall-COVID-19 wara li ġew infettati waqt li kienu fl-Indja.