Mara Awstraljana inħatfet minn erba rġiel armati fl-Afganistan, wara li qattgħat lejl barra ma’ sħabha. Il-mara, li taħdem ma’ aġenzija li toffri l-għajnuna fl-Afganistan, sabet ruħha mdawwar bl-irġiel li jingħad li kellhom snieter AK-47. Dawn ġiegħluha tidħol f’karozza u saqu ‘l bogħod biha. Għalkemm hija Awstrljana, il-mara għandha nazzjonalità doppja u hija wkoll Afgana.
Ġurnalist li jgħix ftit bogħod minn fejn inħatfet il-mara qal li qed ikun hemm bosta rapporti ta’ persuni barranin li jinħatfu, b’min jaħtafhom jitlob il-flus.
L-Ambaxxata Awstraljana f’Kabul qed taħdem kemm tiflaħ biex tikseb informazzjoni dwar il-mara, filwaqt li kompliet twissi biex Awstraljani ma jersqux lejn Kabul minħabba l-biża’ ta’ ħtif.
Din is-sena inħatfu żewġ Awstraljani oħra.