Terence Darrell Kelly, Awstraljan ta’ sitta u tletin sena, ġie akkużat bil-ħtif ta’ Cleo Smith – it-tifla ta’ erba’ snin li ġiet salvata fl-aħħar sigħat wara li sparixxiet għal tmintax-il jum.
Ir-raġel deher quddiem il-Qorti ta’ Carnarvon, akkużat li sforza jew ħataf bil-forza tifla ta’ taħt is-sittax-il sena.
Cleo Smith sparixxiet mill-kamp ta’ familtha waqt li kienu qed jikkampjaw fis-sittax t’Ottubru u minn dakinhar, saret tfittxija estensiva bl-ajru, fil-baħar u fuq l-art.
Il-Pulizija Awstraljana sabu lil Cleo msakkra f’dan f’Carnarvon ilbieraħ.
It-tifla tinsab lura mal-ġenituri tagħha, li fl-aħħar jiem għamlu appelli ddisprati biex tingħata informazzjoni dwar il-każ.
L-awtoritajiet qalu li l-akkużat ma jidhirx li għandu rabtiet mal-familja tat-tifla.