Anzjana Awstraljana bid-dimensja tinsab l-isptar fil-periklu tal-mewt wara li kienet soġġetta għal reazzjoni bit-taser minn Pulizija, waqt li kienet f’dar tal-anzjani.
L-uffiċjali ssejħu f’ Yallambee Lodge f’Cooma, New South Wales, wara rapporti li Clare Nowland ta’ 95 sena kienet qed iġorr sikkina tal-laħam u kienet ta’ periklu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ kmieni filgħod, u r-rispons tal-Pulizija bit-taser qajjem furur sħiħ, minħabba dak li qed ikun ikkonsidrat bħala rispons sproporzjonat mill-forzi tal-ordni.
Il-kap tal-pulizija ta’ New South Wales qal li għaddejja investigazzjoni.