F’New South Wales, fl-Awstralja, raġel ta’ 48 sena ġie arrestat fuq suspett li qed jikollabora mal-Istat Iżlamiku fuq terroriżmu.
Il-Prim Ministru tal-pajjiż Malcolm Turnbull qal li r-raġel jinsab mixli li ta pariri lill-grupp fundamentalista dwar missili.
Il-Prim Ministru qal li ma kien hemm l-ebda theddida imminenti iżda l-awtoritajiet ħadu l-prekawzjonijiet meħtieġa.
Ir-raġel li kien jaħdem fil-qasam tal-elettriku huwa mifhum li kien qed jaħdem għal rasu u ma kellu l-ebda esperjenza fil-qasam ballistiku u dak li għandu x’jaqsam mal-operazzjonijiet tal-missili.